Liċenzji

Kapitolu 644 tal-liġi ta’ Malta – L-Att Dwar l-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà, tgħid illi kwalunkwe individwu li għandu l-intenzjoni li jaġixxi bħala intermedjarju f’tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli, għandu jkollu l-liċenzja/awtorizazzjoni/reġistrazzjoni relevanti.

Intermedjarju tas-suq tal-proprjetà huwa individwu li hu liċenzjat bħala maniġer ta’ fergħa, sensar tal-proprjetà, konsulent tal-proprjetà jew aġent tal-proprejtà immobbli.

Hemm 4 tipi ta’ liċenzji għall-Intermedjarji tas-Suq tal-Proprjetà:

  1. Sensara tal-Proprjetà
  2. Aġenti tal-Proprjetà Immobbli
  3. Maniġer ta’ Fergħa
  4. Konsulent tal-Proprejtà

Avviż: Ma jistax ikollok iktar minn liċenzja waħda fl-istess waqt.

“Sensar tal-proprjetà” jew “sensar ta’ proprjetà immobbli” ifissru kwalunkwe persuna fiżika li għandha liċenzja sabiex taġixxi bħala intermedjarju fil-proċess li jiġu miftehma u mwettqa tranżazzjonijiet li jinvolvu l-akkwist, it-trasferimentjew il-kiri ta’ art skont dan l-Att u li la timpjega u lanqas tqabbad, sew jekk taħt kuntratt ta’ servizz sew taħt kuntratt għal servizzi, kwalunkwe maniġer ta’ fergħa u, jew konsulent tal-proprjetà u tinkludi sensar okkażjonali u konsulent dwar proprjetà speċifika.

“Aġent tal-proprjetà immobbli” hija kwalunkwepersuna fiżika li għandha liċenzja sabiex taġixxi bħala intermedjarju fil-proċess li jiġu miftehma u mwettqa tranżazzjonijiet li jinvolvu l-akkwist, it-trasferiment jew il-kiri ta’ art u li timpjega u, jew tqabbad, sew jekk taħt kuntratt ta’ servizz sew taħt kuntratt għal servizzi, maniġer ta’ fergħa wieħed (1) jew aktar u, jew konsulent tal-proprjetà wieħed (1) jew aktar.

“Maniġer ta’ fergħa” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li hija detentur ta’ liċenzja li taġixxi bħala intermedjarju fil-proċess ta’ ftehim u twettieq ta’ tranżazzjonijiet, li jinvolvi l-akkwist jew it-trasferiment jew il-kiri ta’ art skont dan l-Att u li jkun ukoll liċenzjat u impjegat jew imqabbad sabiex jissorvelja kwalunkwe konsulent tal-proprjetà.

Konsulent tal-proprjetà huwa kwalunkwe persuna

fiżika li għandha liċenzja sabiex taġixxi bħala intermedjarju fil-proċess li jiġu miftehma u mwettqa tranżazzjonijiet li jinvolvu l-akkwist, it-trasferiment jew il-kiri ta’ art skont dan l-Att u li hija impjegata jew imqabbda, sew jekk taħt kuntratt ta’ servizz sew taħt kuntratt għal servizzi, minn aġent tal-proprjetà immobbli u li jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tiegħu jew dawk ta’ maniġer ta’ fergħa.

Iva, hemm bżonn liċenzja jekk għandek il-ħsieb li taġixxi bħala sensar tal-proprjetà, jew aġent tal-proprjetà immobbli, jew taħdem/titħaddem bħala maniġer ta’ fergħa u/jew konsulent tal-proprjetà.

L-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà għandha dritt tagħti multa ta’ mhux iktar minn għoxrin elf ewro (€20,000) lil kull min jaġixxi bħala intermedjarju fis-suq tal-proprjetà mingħajr liċenzja maħruġa mill-istess aġenzija.

Taqsima A

Individwi li jridu japplikaw għal liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà jrid ikollhom minn tal-inqas 18-il-sena u jkollhom:

  • Dokument ta’ identifikazzjoni validu, u mhux skadut. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin, hemm bżonn tal-karta tal-identità, filwaqt li min m’għandux ċittadinanza Maltija, għandu bżonn il-permess/karta ta’ residenza jew passaport biometriku validu, jekk il-karta tal-identità jew il-permess/karta ta’ residenza mhumiex disponibbli.
  • Ċertifikat tal-kondotta maħruġ mid-Dipartiment tal-Ġustizzja riċenti, li nħareġ sa mhux iktar minn xahar qabel ma ġiet sottomessa l-applikazzjoni.
  • Dikjarazzjoni riċenti tal-qagħda finanzjarja tal-applikant iffirmata mingħand Nutar jew Accountant Pubbliku Iċċertifikat (CPA), li nħarġet mhux iktar minn sitt (6) xhur qabel ma ġiet sottomessa fl-applikazzjoni. F’każ li d-dikjarazzjoni ġiet iffirmata mingħand Accountant Pubbliku Iċċertifikat, in-numru tal-warrant irid jiġi mniżżel fl-istess dikjarazzjoni. Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, in-Nutar jew iċ-CPA, jikkonferma li l-applikant mhuwiex interdett jew inkapaċitat mill-aspett tal-liġi ċivili, għandu qagħda finanzjarja tajba, qatt ma falla finanzjarjament u mhuwiex involut f’proċessi ta’ falliment finanzjarju jew xoljimenti.
  • Ċertifikat validu u mhux skadut tas-Saħħa u s-Sigurtà fil-Kostruzzjoni.
  • Ċertifikat rikonoxxut fis-Suq tal-Proprjetà Immobbli – Livell 4 tal-MQF:
    • 8 krediti (ECTS) għall-Konsulenti tal-Proprjetà
    • 12-il-kreditu (ECTS) għas-Sensara tal-Proprjetà, Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u Maniġers ta’ Fergħat
  • Ċertifikat riċenti ta’ Konformità tat-Taxxa, mill-Kummissjarju tat-Taxxa u d-Dwana maħruġ mhux iktar minn xahar qabel mid-data t’applikazzjoni. Dan iċ-ċertifikat jista’ jintalab minn hawn.
  • Kopja tal-Curriculum Vitae (C.V.) b’data ta’ mhux iktar minn xahar qabel id-data tal-applikazzjoni.
  • Kopja diġitali tal-Istorja tal-xogħol tiegħek (Employment History) b’data ta’ mhux iktar minn xahar qabel id-data tal-applikazzjoni maħruġa mill-JobsPlus.

Sabiex tapplika għal-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà bħala Aġent tal-Proprjetà Immobbli, Sensar tal-Proprjetà jew Maniġer ta’ Fergħa, persuna jrid ikollha ċertifikat relatat mas-suq tal-proprjetà, li għandu tal-inqas 12-il-kreditu (ECTS) fir-raba’ (4) livell u huwa rikonoxxut jew miċ-Ċentru Malti għar- Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u Informazzjoni (MQRIC) u l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA). Is-sillabu ta’ dawn il-korsijiet jinsab hawn.

Sabiex tapplika għal-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà bħala Aġent tal-Proprjetà Immobbli, Sensar tal-Proprjetà jew Maniġer ta’ Fergħa, persuna jrid ikollha ċertifikat relatat mas-suq tal-proprjetà, li għandu tal-inqas 12-il-kreditu (ECTS) fir-raba’ (4) livell u huwa rikonoxxut jew miċ-Ċentru Malti għar- Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u Informazzjoni (MQRIC) u l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA). Is-sillabu ta’ dawn il-korsijiet jinsab hawn.

M’hemmx numru minimu ta’ krediti (ECTS) jew livell minimu tal-Istruttura tal-Kwalifiki ta’ Malta għaċ-ċertifikat ta’ saħħa u sigurtà fil-kostruzzjoni. Però, wieħed irid iġib dan iċ-ċertifikat mingħand istituzzjoni tal-edukazzjoni li hija akkreditata jew rikonoxxuta mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA) li jinkludi proċeduri bażiċi fis-saħħa u s-sigurtà fil-kostruzzjoni.

Avviż: Dan iċ-ċertifikat huwa mandatorju u tista’ iġġibu billi tagħmlu separatament, sakemm ma jkunx inkluż fil-kors relatat mas-Suq tal-Proprjetà.

Jekk ġejt mitlub dokumenti oħra jew emendati, għandek issegwi l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjal tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà li qed jipproċessalek l-applikazzjoni.

Kemm jekk qiegħed int apprendist, kif ukoll jekk għandek liċenzja, għandek tinforma lill-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà mill-ewwel bit-tibdil fil-post tal-attività. Tista’ tagħmel dan billi tibgħat email fuq <span style=”text-decoration: underline;”><strong><a href=”mailto:[email protected]”>[email protected]</a></strong></span>.

Il-liċenzja hija valida għal mhux iktar minn ħames (5) snin. Hija possibli li liċenzja tiġġedded wara li tiskadi. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Kull min għandu l-intenzjoni li jaġixxi bħala Aġent tal-Proprjetà Immobbli jew bħala Sensar tal-Proprjetà taħt isem kummerċjali (Trade Name) għandu jimla l-formola EA2 (Applikazzjoni għar-reġistrar ta’ isem kummerċjali (Trade Name) mal- Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà.)

L-ebda detentur ta’ liċenzja m’għandu jaġixxi bħala konsulent tal-proprjetà, maniġer ta’ fergħa, agent tal-proprjetà immobbli jew sensar tal-proprjetà taħt kwalunkwe isem kummerċjali (Trade Name) sakemm m’għandu l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

Tista’ tapplika minn hawn.

Apparti minn hekk, kull min għandu l-intenzjoni li jopera permezz ta’ kumpanija privata (LTD) jew pubblika (PLC) b’numru rreġistrat ta’ kumpanija (C- number) jew permezz ta’ sħubija rikonoxxuta legalment li għandha numru ta’ sħubija reġistrata jew sħubija ċivili, għandu jissottometti l-Formola EA3 (Applikazzjoni biex tirreġistra sħubija fi mal-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà).

Billi jimlew il-formola EA3, Aġenti tal-Proprjetà Immobbli jew Sensara tal-Proprjetà li għandhom l-intenzjoni li jaħdmu permezz ta’ sħubija, se jirreġistraw din l-istess is-sħubija mal-Aġenzija.

Il-formola EA3 tinsab hawn.

Sħubija tinkludi soċjetà kummerċjali ffurmata u reġistrata taħt l-Att dwar il-Kumpaniji jew soċjetà ċivili kif previst fit-Titolu X tat-Tieni Taqsima tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi Ċivili.