Sillabu tal-Korsijiet

Jidħol fis-seħħ sillabu tal-kors ġdid għal-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà.

Mill-1 t’Ottubru 2024, daħal fis-seħħ sillabu ġdid li jfassal ir-rekwiżiti edukattivi biex iġġib il-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà. Dan is-sillabu japplika għall-korsijiet li bdew mill-1 t’Ottubru 2024 ‘il quddiem.

Avviż:

  • Bħala parti mill-process tal-applikazzjoni, se jigu aċċettati korsijiet li huma konformi mas-sillabu l-ġdid biss.
  • Hija r-responsabbiltà tal-applikant li jara li min qed jipprovdilhom il-kors, qed jagħti tagħrif li jimxi mal-iktar rekwiżiti riċenti.

Skont l-Att dwar l-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (Kapitolu 644 tal-Liġijiet ta’ Malta), Intermedjarjaturi tas-Suq tal-Proprjetà prospettivi jridu jagħmlu kors b’tal-inqas tmien (8) ECTS fil-livell erbgħa (4) tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ illiċenzjata bi sħiħ mal-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u li huwa maqsum f’erbgħa (4) moduli. Inkella, dawn l-applikanti prospettivi irid ikollhom kwalunkwe kwalifiki oħra li ċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki (MQRIC) u ta’ Informazzjoni jirrikonoxxi bħala ekwivalenti.

Apparti minn hekk, Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà Immobbli u Maniġers ta’ Fergħa prospettivi huma obbligati li jagħmlu kors b’tal-inqas tnax (12)-il-ECTS fil-livell erbgħa (4) tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ illiċenzjata kompletament mill-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA). Inkella, dawn l-applikanti prospettivi irid ikollhom kwalunkwe kwalifiki oħra li ċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (MQRIC) jirrikonoxxi bħala ekwivalenti.

Dan il-kors ikopri suġġetti oħra relatati mas-suq tal-proprjetà u mhuwiex mandatorju għal-liċenzja ta’ Konsulent ta’ Proprjetà.

Kors mandatorju għall-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà, Maniġers ta’ Fergħa u Konsulenti tal-Proprjetà (Total ta’ 8 Krediti)
  • Kapitolu 644 tal-Liġijiet ta’ Malta
  • L-Att Dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet
  • Il-Liġi tal-Kuntratti
  • Il-Ligi Ċivili
  • L-Att Kontra l-Money Laundering
  • Leġiżlazzjoni relatata mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità tal-Ippjanar (PA)
  • Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)
  • Tipi ta’ Kuntratti, Konvenji u Titli
  • Verifikazzjoni ta’ Titlu
  • L-immaniġjar tal-Finanzi u Metodoloġiji relatati
  • Kwistjonijiet relatati ma’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.)
  • Valutazzjonijiet
  • Maniġġjar ta’ Rekords
  • L-FIAU
  • Il-Proċeduri Kontra l-Money Laundering
  • Aspetti ta’ Finanzjament ta’ Terroriżmu
  • L-Approċċ lejn l-Iskrutinju (Due Diligence Approach)
  • Rendikonti/Rapporti Finanzjarji tal-Entitajiet Rispettivi
  • L-Imġiba ta’ Organizzazzjoni u ta’ Ħaddiem li Jaħdem Għal Rasu (Self-Employed)
  • Il-Prinċipji tal-Immaniġġjar tas-Suq tal-Proprjetà
  • Valutazzjonijiet u ż-Żamma ta’ Rekords
  • Kostruzzjoni ta’ Bini
  • Saħħa u Sigurtà
  • Regoli Sanitarji
  • L-Awtorità tal-Ippjanar (PA), L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, oqfsa u proċeduri ohra relevanti
  • Għarfien Fuq Strutturi
  • Rekwiżiti tal-Permessi
  • Kwistjonijiet ta’ Proċeduri
  • Identifikazzjoni ta’ difetti komuni u prattiċi ħżiena
  • Ħiliet ta’ Tmexxija
  • Regolamenti dwar id-drittijiet tal-Konsumatur
  • Ħiliet ta’ Marketing u Reklamar
  • Ħiliet ta’ Komunikazzjoni
  • Strateġiji u Tekniki ta’ Bejgħ
  • Etikett Ġenerali
  • Ħiliet Interpersonali
  • Aġir u Aspettazzjonijiet ta’ Klijent
  • Etika ta’ Riklamar
Suġġetti addizzjonali u mandatorji għall-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà u Maniġers ta’ Fergħa prospettivi (Total ta’ 4 Krediti)
  • Il-Proċess tal-Bejgħ
  • Il-Liġi tal-Proprjetà Immobbli
  • Riċerka u Informazzjoni fuq it-Taxxa
  • Il-Bolla u t-Taxxa tat-Trasferiment tal-Kapital
  • Aspetti relatati mal-Professjonisti Legali, Notarili, Arkitettoniċi, Ippjanar u oħrajn
  • Aspetti ta’ Kiri, Xiri għall-kiri u Bejgħ
  • Ħiliet ta’ Maniġġjar tan-Negozju
  • Prinċipji tal-Ekonomija
  • Maniġġjar ta’ Finanzi u Ħaddiema
  • Riżorsi Umani
  • Assistenza f’Relazzjonijiet Bankarji
  • Tbassir ta’ Bejgħ u Tqassim ta’ Flus
Avviż importanti rigward il-Proċess tal-Liċenzjar

Filwaqt li t-tlestija b’suċċess ta’ dan il-kors hija mandatorja biex iġġib il-liċenzja, din it-tlestija hija biss parti waħda mill-proċess tal-ħruġ tal-liċenzja.

Il-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà tingħata fir-responsabiltà esklussiva tal-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà u kull applikazzjoni għall-ħruġ ta’ licenzja hija evalwata individwalment.

L-applikanti huma mħeġġa li jkunu familjari mal-kriterji u l-linji gwida relevanti qabel ma japplikaw għal-liċenzja.