Okkażjonali

“Sensar okkażjonali” huwa individwu li jaġixxi bħala sensar fi transazzjonijiet ta’ proprjetà illi:

  • ma jirreklamax is-servizzi tiegħu fil-midja stampata, fil-midja tax-xandir jew f’networks elettroniċi tal-midja; u
  • jillimita s-servizzi   tiegħu   għal transazzjonijiet okkażjonali li ma jkunux ta’ iżjed minn żewġ (2) transazzjonijiet li jkunu jinvolvu l-akkwist, it-trasferiment jew il-kiri ta’ art matul kull sena kalendarja; u fejn il-valur totali tal-art hekk akkwistata, trasferita jew  mikrija  f’tali  transazzjonijiet  ma  jkunx  jeċċedi miljun euro (€1,000,000), jew xi ammont ieħor sew jekk inqas sew jekk iktar minn miljun euro (€1,000,000), kif jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru b’regolamenti maħruġa taħt dan l-Att; u
  • ma  jimpjegax  jew  ma  jqabbadx  persuni oħra fit-twettiq tan-negozju tiegħu;

Le, sensar okkażjonali m’għandux bżonn liċenzja. Pero, qabel kull tip ta’ involviment fi kwanlunkwe tranżazzjoni, wieħed irid jitlob l-approvazzjoni mill-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà, qabel tibda kwalunkwe attività.

Is-sensar okkażjonali għandu jinforma lill-Aġenzija bl-intenzjoni li jagħmel din it-tip t’attività okkażjonali u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni li l-Aġenzija tista’ tiġi bżonn.

L-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà għandha bżonn dokument validu ta’ identifikazzjoni (Karta tal-Identità jew Karta/Permess ta’ residenza) mingħand l-applikant li juri n-numru ta’ identifikazzjoni, isem, kunjom u indirizz l-applikant.

Sensar okkażjonali għandu jipprovdi n-numru u l-valur tat-tranżazzjonijiet kull sena u/jew fuq bażi ad hoc, skont il-ħtiġijiet tal-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà.

Ir-reġistrazzjoni biex taġixxi bħala sensar okkażjonali hija valida għal sena.

Għal mistoqsijiet jew kjarifiki, ġentilment nitolbuk tikkuntattjana fuq +356 2248 1500 jew [email protected].