Apprendistat

Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni biex tirreġistra apprendistat.

Din il-formola trid timtela minn kull min għandu l-intenzjoni li jġib liċenzja u sakemm tinħareġ l-istess liċenzja jixtieq li jġib l-esperjenza fl-industrija tal-intermedjar tal-proprjetà ma’ sensara tal-proprjetà, aġenti tal-proprjetà immobbli jew maniġers ta’ fergħa u jassisti fil-funzjonijiet tas-sensara tal-proprjetà, aġenti tal-proprjetà immobbli jew maniġers ta’ fergħat taħt is-superviżjoni tagħhom.

Kull min hu liċenzjat bħala sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli jew maniġer ta’ fergħa jista’ jissorvelja apprendist. Konsulenti tal-proprjetà ma jistgħux jissorveljaw apprendisti.

Le, r-regolamenti dwar l-apprendistat jagħtu l-opportunità lill-individwi biex iġibu esperjenza fl-intermedjar fil-proprjetà qabel ma jġibu l-liċenzja.

  • Dokument tal-identità validu – Karta tal-identità (fil-każ ta’ ċittadini Maltin) jew Permess/karta ta’ Residenza (fil-każ ta’ ċittadini tal-UE jew ta’ pajjiżi terzi) minn quddiem u minn wara.
  • Dettalji tal-persuna liċenzjata li se tissorvelja lill-apprendist.
  • Dikjarazzjoni mill-persuna li se tissorvelja lill-apprendist fejn tikkonferma superviżjoni regolari.

Reġistrazzjoni ta’ Apprendistat hija valida għal perjodu ta’ mhux iktar minn 12-il-xahar.

Le, ir-reġistrazzjoni ta’ apprendistat hija permess li jingħata darba għal perjodu ta’ mhux iktar minn tnax (12)-il-xahar.

L-applikant, jew is-superviżur (jekk possibbli), huwa obbligat li javża lill-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà mill-ewwel. Ir-reġistrazzjoni tal-apprendistat mas-superviżur imsemmi fin-notifika, tiġi tterminata.

Iva, pero għall-bqija tal-perjodu tat-12-il xahar li jkun ingħata darba.

Eżempju, jekk applikant kien ilu tmien (8) xhur issorveljat minn superviżur, u l-arranġament kellu jiġi mwaqqaf minħabba r-raġunijiet imsemmija qabel, l-applikant jista’ jerġa’ japplika għar-reġistrazzjoni tal-apprendistat taħt superviżur ieħor għall-perjodu ta’ mhux iktar minn erba’ (4) xhur.

Le, l-permess maħruġ ma jħallix lill-apprendist li jaġixxi ta’ intermedjarju waħdu jew jagħlaq tranżazzjoni f’ismu stress. Filfatt, Leġislazzjoni Sussidjarja 644.01 tgħid li “Kwalunkwe permess maħruġ skont dawn ir-regolamenti ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat jew meqjus bħala għotja ta’ xi forma ta’ permess biex wieħed jidher u jikkonkludi tranzazzjonijiet.”