Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilità għall-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà

Din l-istqarrija tapplika għas-sit elettroniku uffiċjali tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA), li huwa https://realestateregistration.gov.mt/ , u ġiet aġġornata l-aħħar fit-12 ta’ Novembru 2025.

L-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) hija kommessa li tassigura aċċessibilità diġitali għal persuni b’diżabilità. Qegħdin kontinwament intejbu l-esperjenza ta’ użu għal kulħadd u napplikaw l-istandards ta’ aċċessibilità relevanti.


Miżuri li jappoġġjaw l-aċċessibilità

L-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) tieħu l-miżuri li ġejjin fiha nfisha biex tiżgura l-aċċessibilità tas-sit elettroniku tagħha billi:

  • Tinkludi l-aċċessibilità permezz tal-politiki interni tagħha.
  • Għandha uffiċċjal tal-aċċessibilità.
  • Tassenja miri u responsabbiltajiet ċari ta’ aċċessibilità.
  • Tuża metodi formali ta’ assigurazzjoni ta’ aċċessibilità

Status ta’ konformanza

Il-linji gwida dwar l-aċċess għall-kontenut tal-web [WCAG] jiddefinixxu r-rekwiżiti għad-disinjaturi u l-iżviluppaturi biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b’ diżabilitajiet. Il-linji gwida jiddefinixxu tliet livelli ta’ konformanza: livell A, livell AA, u livell AAA. Is-sit tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) huwa parzjalment konformi mal-WCAG 2.1 livell AA li jaderixxi għal EN 301 549 skont id-Direttiva Ewropea dwar l-aċċess għall-web. Parzjalment konformi tfisser li xi partijiet tal-kontenut għadhom mhumiex kompletament konformi mal-istandard ta’ aċċessibbiltà.

Kompatibbilità ma’ browsers u teknoloġija ta’ assistenza

Is-sit tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) huwa mfassal biex ikun kompatibbli mal-browsers li ġejjin:

  • Microsoft Edge
  • Firefox
  • Chrome

Speċifikazzjonijiet tekniċi u miżuri ta’ aċċessibilità użati

L-aċċessibilità tas-sit tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) tiddependi fuq teknoloġiji HTML biex taħdem id f’id mal-browser u kwalunkwe teknoloġija jew plugins ta’ assistenza installati fuq il-kompjuter tiegħek.

Din it-teknoloġija hija neċessarja sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibilità.

Is-sit tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) jimplimenta dawn il-karatteristiċi ta’ aċċessibilità billi:

  • Iżżomm ġerarkija konsistenti tal-intestatura HTML u tqassim tal-informazzjoni fuq paġni tal-web differenti.
  • Iżżid it-titlu tar-ritratt, it-tikketta ALT u l-caption kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  • Timmassimizza l-kuntrast tal-kulur għall-kliem, fejn applikabbli.
  • Tiżgura li l-kliem tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn se tieħdok il-link.
  • Tiżgura li links esterni kollha jinfetħu f’tabs ġodda tal-browser.
  • Timplimenta l-użu ta’ captions fejn possibbli f’kontenut multimedjali.

Rispons

Aħna nilqgħu r-rispons tiegħek dwar l-aċċessibilità tal-website tagħna. Jekk jogħġbok avżana jekk tiltaqa’ ma’ ostakli ta’ aċċessibbiltà fuq:

  • Numru Telefoniku: +356 2248 1500
  • E-mail: [email protected]
  • Indirizz postali: Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà, AX Business Centre, Ground Floor, Triq id-Difiża Ċivili, Mosta, Malta

Nipprovaw nirrispondu għar-rispons tiegħek f’perjodu ta’ 3 ijiem ta’ xogħol.

Limitazzjonijiet u alternattivi

Il-limitazzjonijiet li ġejjin huma osservati fil-preżent:

  • Ebda għażla biex jinqabeż kontenut ripetut
  • Xi hyperlinks fuq is-sit jistgħu jkunu identifikabbli biss bil-kulur
  • Xi dokumenti PDF jistgħu ma jkollhomx l-ifformattjar xieraq għall-użu mit-teknoloġiji ta’ aċċessibbiltà
  • Il-link “Aqbeż għall-kontenut” tista’ ma taħdimx kif mistenni fuq it-tagħmir kollu.
  • Il-lingwa ta’ xi kontenut tista’ ma tiġix identifikata b’mod korrett għall-qarrejja tal-iskrin.
  • Xi taqsimiet tal-paġni jistgħu ma jinkludux il-kodiċi korrett biex jgħinu lill-qarrejja tal-iskrin jifhmu l-iskop tagħhom.
  • Il-menus tan-navigazzjoni mhux dejjem jistgħu jidhru sew jew jaħdmu sewwa b’ mod konsistenti.
  • L-istrixxun tal-cookies jew tal-privatezza jista’ jkun diffiċli biex jintuża ma’ keyboard jew ma’ qarrej tal-iskrin.
  • Fuq skrins iżgħar, xi kontenut jista’ jeħtieġ skrolljar żejjed jew jista’ ma jaġġustax ruħu perfettament.
  • Jista’ jkun li s-sit għadu ma ġiex ittestjat bi sħiħ bl-għodod kollha ta’ assistenza.

L-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA) implimentat programm ta’ titjib kontinwu biex tirranġa il-punti msemmija qabel, madankollu minkejja l-aħjar impenn tagħna biex niżguraw l-aċċessibilità tas-sit tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA), jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet li setgħu ma ġewx innotati jew huma ppjanati li jsiru aċċessibbli dalwaqt. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tosserva xi kwistjoni simili fis-sit tagħna.

Approvazzjoni formali ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibilità

Din id-Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilità hija approvata mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (PMA).

Ilmenti formali

Nipprovaw nirrispondu għar-rispons tiegħek dwar l-aċċessibbiltà fi żmien 3 ijiem ta’ xogħol, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien 15-il jum ta’ xoghħol. Inti intitolat li teskala lment lill-Malta Communications Authority hawnhekk jew lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità [CRPD], jekk ma tkunx sodisfatt bir-rispons tagħna lejk. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità kontinwa, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tadotta l-proċedura ta’ infurzar skont il-LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 418.03.