Appelli

Appelli mid-Deċiżjonijiet tal-Bord

It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva għandu jkun kompetenti biex jisma’ u jiddetermina oġġezzjonijiet li jsiru minn kwalunkwe persuna aggravata minn kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord:

Iżda, ħlief jekk il-liġi tippreskrivi mod ieħor, oġġezzjoni mressqa f’termini ta’ dan is-subartikolu lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva għandha tiġi sottomessa fi żmien għoxrin (20) jum minn meta tiġi riċevuta d-deċiżjoni tal-Bord.

Appelli mid-Deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva

Għandu jkun hemm dritt tal-appell skont id-dispożizzjonijiet ta’ Taqsima IV tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva skont is-subartikolu (1) u dan l-appell għandu jsir lill-Qorti tal-Appell (Ġuriżdizzjoni Inferjuri).

 
 
Skip to content