Sillabu tal-Korsijiet
Jidħol fis-seħħ sillabu tal-kors ġdid għal-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà.
Mill-1 t’Ottubru 2024, daħal fis-seħħ sillabu ġdid li jfassal ir-rekwiżiti edukattivi biex iġġib il-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà. Dan is-sillabu japplika għall-korsijiet li bdew mill-1 t’Ottubru 2024 ‘il quddiem.
Avviż:
- Bħala parti mill-process tal-applikazzjoni, se jigu aċċettati korsijiet li huma konformi mas-sillabu l-ġdid biss.
- Hija r-responsabbiltà tal-applikant li jara li min qed jipprovdilhom il-kors, qed jagħti tagħrif li jimxi mal-iktar rekwiżiti riċenti.
Skont l-Att dwar l-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (Kapitolu 644 tal-Liġijiet ta’ Malta), Intermedjarjaturi tas-Suq tal-Proprjetà prospettivi jridu jagħmlu kors b’tal-inqas tmien (8) ECTS fil-livell erbgħa (4) tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ illiċenzjata bi sħiħ mal-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u li huwa maqsum f’erbgħa (4) moduli. Inkella, dawn l-applikanti prospettivi irid ikollhom kwalunkwe kwalifiki oħra li ċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki (MQRIC) u ta’ Informazzjoni jirrikonoxxi bħala ekwivalenti.
Apparti minn hekk, Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà Immobbli u Maniġers ta’ Fergħa prospettivi huma obbligati li jagħmlu kors b’tal-inqas tnax (12)-il-ECTS fil-livell erbgħa (4) tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ illiċenzjata kompletament mill-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA). Inkella, dawn l-applikanti prospettivi irid ikollhom kwalunkwe kwalifiki oħra li ċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (MQRIC) jirrikonoxxi bħala ekwivalenti.
Dan il-kors ikopri suġġetti oħra relatati mas-suq tal-proprjetà u mhuwiex mandatorju għal-liċenzja ta’ Konsulent ta’ Proprjetà.
Kors mandatorju għall-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà, Maniġers ta’ Fergħa u Konsulenti tal-Proprjetà (Total ta’ 8 Krediti)
- Kapitolu 644 tal-Liġijiet ta’ Malta
- L-Att Dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet
- Il-Liġi tal-Kuntratti
- Il-Ligi Ċivili
- L-Att Kontra l-Money Laundering
- Leġiżlazzjoni relatata mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità tal-Ippjanar (PA)
- Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)
- Tipi ta’ Kuntratti, Konvenji u Titli
- Verifikazzjoni ta’ Titlu
- L-immaniġjar tal-Finanzi u Metodoloġiji relatati
- Kwistjonijiet relatati ma’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.)
- Valutazzjonijiet
- Maniġġjar ta’ Rekords
- L-FIAU
- Il-Proċeduri Kontra l-Money Laundering
- Aspetti ta’ Finanzjament ta’ Terroriżmu
- L-Approċċ lejn l-Iskrutinju (Due Diligence Approach)
- Rendikonti/Rapporti Finanzjarji tal-Entitajiet Rispettivi
- L-Imġiba ta’ Organizzazzjoni u ta’ Ħaddiem li Jaħdem Għal Rasu (Self-Employed)
- Il-Prinċipji tal-Immaniġġjar tas-Suq tal-Proprjetà
- Valutazzjonijiet u ż-Żamma ta’ Rekords
- Kostruzzjoni ta’ Bini
- Saħħa u Sigurtà
- Regoli Sanitarji
- L-Awtorità tal-Ippjanar (PA), L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, oqfsa u proċeduri ohra relevanti
- Għarfien Fuq Strutturi
- Rekwiżiti tal-Permessi
- Kwistjonijiet ta’ Proċeduri
- Identifikazzjoni ta’ difetti komuni u prattiċi ħżiena
- Ħiliet ta’ Tmexxija
- Regolamenti dwar id-drittijiet tal-Konsumatur
- Ħiliet ta’ Marketing u Reklamar
- Ħiliet ta’ Komunikazzjoni
- Strateġiji u Tekniki ta’ Bejgħ
- Etikett Ġenerali
- Ħiliet Interpersonali
- Aġir u Aspettazzjonijiet ta’ Klijent
- Etika ta’ Riklamar
Suġġetti addizzjonali u mandatorji għall-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli, Sensara tal-Proprjetà u Maniġers ta’ Fergħa prospettivi (Total ta’ 4 Krediti)
- Il-Proċess tal-Bejgħ
- Il-Liġi tal-Proprjetà Immobbli
- Riċerka u Informazzjoni fuq it-Taxxa
- Il-Bolla u t-Taxxa tat-Trasferiment tal-Kapital
- Aspetti relatati mal-Professjonisti Legali, Notarili, Arkitettoniċi, Ippjanar u oħrajn
- Aspetti ta’ Kiri, Xiri għall-kiri u Bejgħ
- Ħiliet ta’ Maniġġjar tan-Negozju
- Prinċipji tal-Ekonomija
- Maniġġjar ta’ Finanzi u Ħaddiema
- Riżorsi Umani
- Assistenza f’Relazzjonijiet Bankarji
- Tbassir ta’ Bejgħ u Tqassim ta’ Flus
Avviż importanti rigward il-Proċess tal-Liċenzjar
Filwaqt li t-tlestija b’suċċess ta’ dan il-kors hija mandatorja biex iġġib il-liċenzja, din it-tlestija hija biss parti waħda mill-proċess tal-ħruġ tal-liċenzja.
Il-liċenzja ta’ Intermedjarju fis-Suq tal-Proprjetà tingħata fir-responsabiltà esklussiva tal-Aġenzija Dwar is-Suq tal-Proprjetà u kull applikazzjoni għall-ħruġ ta’ licenzja hija evalwata individwalment.
L-applikanti huma mħeġġa li jkunu familjari mal-kriterji u l-linji gwida relevanti qabel ma japplikaw għal-liċenzja.
