Rendikonti Annwali
Ir-rendikont annwali hija sottomissjoni ta’ kull sena lill-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà li jaqa’ taħt Artiklu 30 tal-Att dwar Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà (Kapitolu 644 tal-Liġi ta’ Malta). Dan ir-rendikont irid jiġi sottomess minn kull detentur tal-liċenzja u sħubija u hija dikjarazzjoni uffiċċjali tan-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ senserija. Fir-rendikont annwali, detenturi ta’ liċenzja u sħubija iridu juru n-numru u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ senserija tas-sena preċedenti.
Kull detentur ta’ liċenzja u sħubija li kellu liċenzja jew awtorazizzazzjoni valida fis-sena preċedenti, għandu l-obbligu li jissottometti r-Rendikont Annwali lill-Aġenzija dwar is-Suq tal-Proprjetà.
L-aġent tal-proprjetà immobbli jew is-sensar tal-proprjetà affiljati mal-isħubija huwa responsabbli li jissottometti r-rendikont annwali f’isem l-isħubija. F’każijiet fejn hemm iktar minn wieħed (aġent tal-proprjetà, jew sensar tal-proprjetà), is-sottomissjoni tista’ issir minn kwanlunkwe persuna diment li hija affiljata mal-isħubija.
Ir-rendikont annwali għad-dententuri ta’ liċenzja u sħubiji jista’ jiġi sottomess sa mhux iktar tard mill-31 t’Awwissu.
Tranżazzjoni ta’ senserija hija meta jkun hemm istanzi fejn detentur ta’ liċenzja jew sħubija titħallas ta’ senserija wara li jkun ġie ffirmat il-kuntratt jew ftehim ta’ kiri.
Iva, rendikonti annwali mingħajr tranżazzjonijiet u dħul iridu jiġu sottomessi xorta waħda. Din tista’ issir billi timla kull kaxxa b’0 (żero) fejn hemm Total Number u Total Value imniżżla.
Le, inti mitlub li tiddikkjara l-ammont totali ta’ tranżazzjonijiet ta’ senserija u l-valur totali tagħhom. Fil-formola ta’ sottomissjoni tar-rendikonti annwali, it-tranżazzjonijiet ta’ senserija ta’ bejgħ u kiri jridu jkunu separati.
Le, l-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (V.A.T.) m’għandux jiġi magħdud mal-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ senserija.
F’dak il-każ, għandek tuża n-numru tal-liċenzja ta’ maniġer ta’ fergħa (li jibda b’BM).
