Dikjarazzjoni Għall-Apprentistat

X’inhu l-għan tal- Leġislazzjoni Sussidjarja 615.02 – Esperjenza ta’ Xogħol fis-Suq tal-Propjetà – maħruġ fl-24 ta’ Diċembru 2021?

Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 615.02 jgħid li kull persuna li beħsiebha tikseb liċenzja f’termini tal-Att [L-Att dwar l-Aġenti, is-Sensara, u l-Konsulenti tal-Propjetà (Kapitlu 615)], u sakemm tinkiseb it-tali liċenzja, tkun tixtieq li jkollha esperjenza ta’ xogħol fis-suq tal-propjetà, tista’ tissottometti applikazzjoni lill-Bord billi tuża l-formola preskritta li permezz tagħha titlob permess sabiex ikollha perjodu ta’ esperjenza ta’ xogħol, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar, ma’ sensar liċenzjat, jew aġent, jew maniġer ta’ fergħa tal-propjetà, u tassisti fil-funzjonijiet ta’ sensar, aġent, jew maniġer ta’ fergħa tal-propjetà taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha.

Aċċess għall-Avviż Legali: LEĠIŻLAZZJONI MALTA (legislation.mt)