Formola EA1 - Liċenzja ta' Sensar tal-Proprjetà

Sensar tal-Proprjetà jew Sensar ta’ Proprjetà Immobbli tfisser kwalunkwe persuna fiżika li għandha liċenzja sabiex taġixxi bħala intermedjarju fil-proċess li jiġu nnegozjati u mwettqa tranżazzjonijiet li jinvolvu l-akkwist, it-trasferiment jew il-kiri ta’ art skont l-Att u li la timpjega u lanqas tqabbad, sew jekk taħt kuntratt ta’ servizz sew taħt kuntratt għal servizzi, kwalunkwe maniġer ta’ fergħa u, jew konsulent tal-proprjetà u tinkludi sensar okkażjonali u konsulent dwar proprjetà speċifika.

Applikanti Ġodda

Id-dokumenti meħtieġa għall-applikanti l-ġodda huma:

  • Kopja ta’ Dokument Validu ta’ Identifikazzjoni (Permess ta’ Residenza/Karta tad-Dokument [minn quddiem u wara]/Passaport)
  • Kopja taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalifika dwar kors fuq is-Suq tal-Proprjetà – Livell 4 tal-MQF – 12-il-kreditu (ECTS)
  • Kopja tat-traskrizzjoni tal-Kors fuq is-Suq tal-Proprjetà
  • Kopja tat-top up kors fis-Suq tal-Proprjetà
  • Kopja tat-traskrizzjoni tat-top up kors fis-Suq tal-Proprjetà
  • Kopja taċ-Ċertifikat validu tas-Saħħa u s-Sigurtà
  • Kopja ta’ Ċertifikazzjonijiet ta’ Kwalifika oħra relatata mas-Suq tal-Proprjetà
  • Kopja ta’ traskrizzjoni taċ-Ċertifikazzjonijiet ta’ Kwalifika oħra relatati mas-Suq tal-Proprjetà
  • Kopja tas-CV
  • Kopja tal-Jobs Plus Employment History (li nħarġet sa mhux aktar minn xahar qabel mid-data tal-applikazzjoni)
  • Kopja taċ-Ċertifikat tal-Kondotta [Kondotta tal-Pulizija] (li nħarġet sa mhux aktar minn xahar qabel mid-data tal-applikazzjoni)
  • Kopja tad-Dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-applikant iffirmata mingħand Nutar jew Accountant Pubbliku Iċċertifikat (CPA) (li nħarġet mhux iktar minn sitt (6) xhur qabel mid-data tal-applikazzjoni)
  • Kopja taċ-Ċertifikat ta’ Konformità tat-Taxxa, mill-Kummissjarju tat-Taxxa u d-Dwana

Applikant Ġdid

  • Placeholder text.
  • Placeholder text
  • Placeholder text
  • Placeholder text

Tiġdid tal-liċenzja

  • Placeholder text
  • Placeholder text
  • Placeholder text
  • Placeholder text