Leġislazzjoni Sussidjarja 644.02
X’inhu l-iskop tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 615.03 – Id-Determinazzjoni tar-Regolamenti tal-Applikazzjonijiet għal-Liċenzjar – maħruġa fl-24 ta’ Diċembru 2021?
Leġislazzjoni Sussidjarja 615.03 jgħid li kwalunkwe persuna, li teżerċita attività kummerċjali jew professjonali fil-propjetà u li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att [L-Att dwar l-Aġenti, is-Sensara, u l-Konsulenti tal-Propjetà (Kap. 615)], li tkun issottomettiet applikazzjoni għal liċenzja fil-forma intiera tagħha lill-Bord sal-31 ta’ Diċembru 2021, m’għandhiex tinżamm milli tkompli teżerċita attività kummerċjali jew professjonali matul il-perjodu li fih l-applikazzjoni tagħha tkun qed tiġi proċessata u determinata, sakemm il-Bord ma jamministrax mod ieħor meta jeħtieġu ċ-ċirkostanzi.
Aċċess għall-Avviż Legali: LEĠIŻLAZZJONI MALTA (legislation.mt)
